Reġistru tal-Indirizz

L-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi ġie stabbilit permezz tal-Avviż Legali 205 tal-2025, Regolamenti tal-2025 dwar ir-Reġistru tal-Indirizz u r-Reġistri (Ġeospazjali) relattivi għal-Lok, 2025, ippubblikat fit-23 ta' Settembru 2025. L-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi assuma r-responsabbiltajiet li qabel kienu assenjati lis-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi huwa wkoll responsabbli għat-twaqqif u l-immaniġġjar ta' Reġistru tal-Indirizzi li għandu jservi bħala s-sors primarju ta' informazzjoni dwar l-indirizzi. Finalment, ir-Reġistru tal-Indirizzi se jkun ir-reġistru awtorevoli tat-toroq u l-indirizzi kollha fl-arċipelagu Malti, inkluża d-dejta spazjali.

Kuntatt

Address Registrar

Kuntatt Email

[email protected]