Servizz.gov
Servizz.gov hija l-aġenzija tal-Gvern li tiġbor is-servizzi governattivi kollha fi ħdanha. Hija l-katina li torbot is-Servizz Pubbliku ta’ Malta maċ-ċittadin, bil-għan li s-servizzi governattivi jkunu iktar aċċessibbli. Permezz ta’ Servizz.gov iċ-ċittadin jiffranka l-ħin u l-iskariġġ li jmur f’postijiet ċentrali bħall-Belt Valletta biex jinqeda. Matul is-snin dejjem komplew jiżdiedu s-servizzi li jiġu offruti minn Servizz.gov, u għalhekk, Servizz.gov kabbar l-operat, u jmexxi 25 ċentru madwar Malta. Servizz.gov huwa ukoll aċċessibli permezz tal-Freephone 153, tal-imejl [email protected], kif ukoll permezz tal-website www.servizz.gov.mt u l-mezzi tal-midja soċjali.
