2 datasets misjub

Liċenzji: Creative Commons Attribution 4.0 Pubblikaturi: L-Awtorità għall-Innovazzjoni Diġitali ta’ Malta

Iffiltra Riżultati
  • MT title * Lista ta’ Awdituri tas-Sistemi

    L-Awditur tas-Sistemi huwa persuna impjegata fuq bażi kummerċjali mill-Applikant biex tirrevedi u/jew tivverifika Arranġamenti ta’ Teknoloġija Innovattiva u kuntratti intelliġenti, jew partijiet minnhom. Awditur tas-Sistemi mhux bilfors ikun accountant jew awditur b’ċertifikat ta’ prattika taħt l-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy. L-Awditur tas-Sistemi se jkun responsabbli għad-dokument finali tal-Awditjar tas-Sistemi (ippreparat flimkien ma’ Esperti Tekniċi nominati) u li jwettaq assenjazzjoni bbażata fuq il-kwalità li tiffoka fuq l-etika professjonali. L-Awdituri tas-Sistemi u l-Esperti Tekniċi nominati tagħhom se jkollhom juru l-kompetenzi ewlenin tagħhom u l-esperjenza xierqa lill-MDIA. Dan ir-reġistru għandu jinżamm aġġornat biex juri min hu attwalment irreġistrat bħala awditur tas-sistemi.
  • Lista ta’ Esperti Tekniċi Persuna Naturali (ETPN)

    MT description* L-Esperti Tekniċi Persuna Naturali (ETPN) huma individwi li, fuq il bażi tal-kriterji stabbiliti mill-MDIA, għandhom l-għarfien u l-meritu meħtieġ f'dominju teknoloġiku partikolari u jixtiequ japplikaw biex jiġu rikonoxxuti bħala ETPN f'dominji speċifiċi. Din l-iskema tapplika wkoll għal dawk ETPN li huma diġà rikonoxxuti mill-Awtorità f'dominji speċifiċi li jixtiequ jirrinnovaw ir-rikonoxximent tagħhom. Dan ir-reġistru għandu jinżamm aġġornat biex juri min hu attwalment irreġistrat bħala espert tekniku.